Ara l-omm għal uliedha tallaba
Bit-toqol tal-ħajja għajjiena
Imwarrba, minn ħafna mistmerra
Tistenna mingħandna ftit ħniena
Ħares lejn wiċċ it-tfajjel imbikkem
Lejn wiċċu ħosbieni, xejn hieni
Fid-dalma li toħnoq qerrieda
Inkebbsu ftit tam’għall-ġejjieni
Il-Ħallieq, il-Missier, Għajn l-imħabba
Qed jistiednek fiż-żifna tal-ħajja
X’pass trid tagħmel jurik
Ħalli qalbek tmexxik
Mad-daqqa, r-ritmu u r-rima
Agħti sehmek biex toħloq tbissima.
Par għajnejn miksura jistaqsu
F’did-dinja għadx baqa’ mogħdrija
Mhix ħarsa ta’ bniedem barrani
Dak ibni, dik oħti, dak ħija.
Il-Ħallieq, il-Missier, Għajn l-imħabba
Qed jistiednek fiż-żifna tal-ħajja
X’pass trid tagħmel jurik
Ħalli qalbek tmexxik
Mad-daqqa, r-ritmu u r-rima
Agħti sehmek biex toħloq tbissima.
Fuq wiċċ il-fqajrin, wiċċ ir-romol, l-iltiema
Oħloq tbissima – Oħloq tbissima.
Il-Ħallieq, il-Missier, Għajn l-imħabba
Qed jistiednek fiż-żifna tal-ħajja
X’pass trid tagħmel jurik
Ħalli qalbek tmexxik
Mad-daqqa, r-ritmu u r-rima
Agħti sehmek biex toħloq tbissima.