Int id-dawl, Int il-Ħelsien
Minn min nibża’ ’kk miegħek jien
Jekk il-kenn tkun għalija Int, Mulej
Ħaġa waħda tlabtek jien
Li għal dejjem, għal kull żmien
Ngħammar f’darek ħajti kollha, O Mulej
Fl-għarix jaħbini meta ruħi nsib fil-għawġ
F’daru jistorni minn kull hemm
Rasi tintrefa’ fuq l-egħdewwa tal-madwar
Niġi fit-Tempju noffri b’ferħ
La taħbix wiċċek minni, fik l-għajnuna nsib
La tħallinix, la titlaqnix
Iħenn għalija u jwegħġibni l-Mulej
Lilu nfittex, lilu rrid
Jilqagħni għandu meta f’dari ma nsibx kenn
Urini triqtek, O Mulej
Nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin
Sħiħa hi qalbi fil-Mulej